“Is-27 Anniversarju Minn Meta Ħalliena” – Il-Pulizija Jfakkru L-Memorja Ta’ PC Mark Farrugia

PC Mark farrugia

Il-paġna uffiċjali tal-The Malta Police Force illum fakkret il-memorja ta’ Mark Farrugia, 27 sena wara l-mewt traġika tiegħu.

Fl-20 ta’ Marzu 1999, il-Kuntistabbli Farrugia kien għadu kif irritorna d-dar wara lejl xogħol meta nqatel quddiem il-bieb tad-dar tal-ġenituri tiegħu f’Tarxien.

Is-servizz u s-sagrifiċċju tiegħu baqgħu mnaqqxin fil-memorja kollettiva tal-Korp u tal-poplu Malti. Aktar kmieni llum, flimkien mal-ġenituri tiegħu, tqiegħdu kuruni tal-fjuri quddiem il-bust tiegħu f’Tarxien bħala sinjal ta’ rispett u tifkira.

The Malta Police Force saħqet, “Nonoraw il-legat tiegħu. Nifrakru d-dedikazzjoni tiegħu. Qatt mhu ħa ninsew!”

It-tim ta’ Gwida.mt isellem il-memorja tiegħu.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI