Is-Sajf Huwa Żmien Ta' Mistrieħ… Imma Mhux Għall-marid!

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed ikompli jappella biex inkomplu nagħtu d-demm. Forsi tant drajna naraw dan l-appell li nibdew nieħduh ‘for granted’. mma nagħmlu żball! La jsir l-appell ifisser li t-talba baqgħet hemm!

Spiss ikun hemm avviżi fejn ser ikun hemm il-‘mobile blood donation unit’ madwar pajjiżna u nhar it-Tnejn li ġej, 29 ta’ Ġunju, li hija festa, dan il-‘unit’ ser ikun fi Pjazza Girgor Bonnici fiż-Żejtun maġenb il-knisja parrokkjali bejn it-8.30 u s-13.00.





Ritratt: publicservice.gov.mt

Infakkrukom biex dejjem tieħdu l-karta tal-identità magħkom. Meta tagħtu d-demm, issalvaw ħajjet ħaddieħor u ma tkun qed titlef xejn. Ġest altruwist immens!

Biex inserħulkom moħħkom ukoll, minħabba l-Covid-19 qed jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex ikunu protetti dawk kollha li jersqu biex jagħtu d-demm kif ukoll il-professjonisti li jassisthom.

Ritratt: publicservice.gov.mt



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI