Skont l-uffiċċju meteoroloġiku ta’ Malta, il-ġimgħa tista’ tibda bix-xita imma s-Sajf jidher li qed jippersisti. Dan huwa dovut għall-fatt li ħafna mill-ġimgħa wara nhar l-Erbgħa se tkun fil-biċċa l-kbira xemxija.
It-temperaturi mistennija jerġgħu jogħlew, xi drabi jinħassu 34°C.
Int kuntent b’dan it-tbassir jew iktar ħerqan li tibda x-xitwa u li jinżlu t-temperaturi wara Sajf tant kiefer?