Il-paġna uffiċċjali ta’ Puttinu Cares ta’ spiss tħabbar ir-renovazzjonijiet ġodda li jsiru fl-appartamenti tal-għaqda f’Sutton. Illum ġiet installata xatba li taħdem b’mod awtomatiku għas-sigurtà tal-pazjenti, speċjalment matul il-lejl. “Is-sapport kontinwu tagħkom huwa apprezzat ħafna. Flimkien qed nagħmlu l-mirakli” kitbet il-paġna, flimkien ma’ xi ritratti ta’ din ix-xatba. Kieku ma kinux għad-donazzjonijiet ġenerużi tal-Maltin li jsiru matul is-sena, dan żgur ma kienx isir: komplu agħtu!
Facebook / Puttinu Cares