Stejjer ta’ qsim il-qalb li jinvolvu lill-annimali, tisma’ kemm trid. Kultant tisma’ wkoll stejjer sbieħ, fejn tara annimali li jibdew jgħixu l-ħajja dinjituża u sabiħa li jistħoqqilhom.
Norma hi waħda minn dawn l-istejjer sbieħ immens. Lura f’Awwissu ġiet adottata u bdiet tgħix ġod-dar dejjiema tagħha. Is-sidien ta’ Norma kitbu fuq il-midja soċjali li dan hu l-ewwel Milied għal Norma ġod-dar tagħha.
Gozo SPCA jiktbu, “Ġiet adottata minn Animal Welfare Gozo.” Kemm nieħdu gost naraw li ħlejjaq innoċenti fl-aħħar qed jgħixu ħajja dinjità mimlija mħabba u għożża. Araw il-filmat ta’ Nora meta ġiet adottata HAWN
Facebook/ Animal Welfare Gozo