Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, It-Temp Madwarna tkellmu dwar id-dati tal-Għid il-Kbir u għalfejn ġie ċċelebrat f’din id-data.
Huma qalu, “Il-qamar kwinta t’April 2026 deher f’Ħamis ix-Xirka (2 t’April) u kien l-ewwel kwinta tar-rebbiegħa. Huwa għalhekk li l-Għid il-Kbir ġie ċċelebrat fil-5 t’April, 2026.”
Żiedu, “Is-sena d-dieħla, l-Għid il-Kbir se jiġi ċċelebrat fit-28 ta’ Marzu 2027, peress li jkun l-ewwel Ħadd wara l-ewwel qamar kwinta tar-rebbiegħa! Bħalissa għaddejja missjoni spazjali bl-astronawti madwar il-qamar, li qed josservaw il-parti qamrija li ma tidhirx mid-dinja.”
ChatGPT