"Is-Sensazzjoni Li Nerġa' Nkun Fuq Il-Palk Wara S-Sitwazzjoni Tal-Covid-19 Hi Mill-Isbaħ" – Brooke Borg Dwar Dak Li Ġara Lbieraħ

Mużiċista lokali oħra li rritornat għall-ħajja tal-ispettaklu wara l-waqfa minħabba l-pandemija hi Brooke Borg. Brooke lbieraħ kellha ċ-ċans terġa’ tesperjenza l-mużika live f’avveniment li sar fuq il-fosos tal-Furjana. 

Brooke tesprimi l-ferħ u s-sodisfazzjon li ġabet magħha l-esperjenza tal-bieraħ u tirringrazzja lil kull min kien involut. “Kien unur għalija li naqsam il-palk mal-orkestra inkredibbli tal-BBC u l-kantanti b’talent enormi. Grazzi lill-organizzaturi li afdawni bir-responsabbiltà li niftaħ avveniment tant prestiġjuż flimkien mal-mużiċisti tiegħi mimlija talent”. 

Brooke tindirizza lill-pubbliku li attenda u li kien parti mill-udjenza tal-ġenn li kienet preżenti. Għal Brooke din il-prestazzjoni fissret ħafna hekk kif kien parti mir-ritorn tagħha wara tant restrizzjonijiet u limitazzjonijiet minħabba l-pandemija. “Is-sensazzjoni li nerġa’ nkun fuq il-palk wara s-sitwazzjoni tal-Covid-19 hi mill-isbaħ.” 

Prosit Brooke u nawgurawlek aktar esperjenzi!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI