“Is-Servizz Tal-Fast Ferry Ġie Sospiż Filwaqt Li L-Vapuri Tal-Gozo Channel Qegħdin Jgħaddu Minn Wara Kemmuna” – Il-Ministru Clint Camilleri

Il-Ministru Clint Camilleri spjega għalxiex qed jinġemgħu ħafna nies biex jaqsmu minn gżira għal oħra.

Hu spjega, “Eluf ta’ Maltin u turisti qegħdin jaqsmu lura lejn Malta llejla fejn minħabba li s-servizz tal-Fast Ferry ġie sospiż filwaqt li l-vapuri tal-Gozo Channel qegħdin jgħaddu minn wara Kemmuna minħabba r-riħ qawwi li qam, inġemgħu n-nies mhux ħażin.”

Żied jgħid, “Grazzi kbira lill-uffiċjali tal-Pulizija, Transport Malta kif ukoll lill-ħaddiema tal-Gozo Channel li qed jagħmlu dak kollu possibbli sabiex kulħadd jasal fid-destinazzjoni tiegħu malajr u b’mod sigur. Qegħdin f’kuntatt kontinwu mal-awtoritajiet sabiex is-sitwazzjoni timxi ‘l quddiem bl-aħjar mod possibbli.”



Nirringrazzjaw lilu u lill-awtoritajiet għall-ħidma tagħhom.





Ritratti:

Facebook / Clint Camilleri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI