Is-servizz tal-vapuri bejn Malta u Għawdex reġa’ beda jopera wara li kien temporanjament sospiż. Dan tħabbar minn Gozo Channel Operations Limited, li kkonfermat li minkejja r-ritorn għan-normalità fl-operat, il-pubbliku għandu jistenna xi dewmien fit-traġitti matul il-ħin li ġej.
Fi stqarrija qasira, il-kumpanija qalet li qed isir kull sforz possibbli sabiex is-servizz jerġa’ jimxi b’mod stabbli u sigur, filwaqt li l-iskedi tal-vjaġġi jistgħu jiġu affettwati sakemm is-sitwazzjoni tissolva kompletament.
Il-passiġġieri huma mħeġġa jippjanaw il-vjaġġi tagħhom minn qabel u jżommu ruħhom aġġornati permezz tal-kanali uffiċjali tal-Gozo Channel għal kwalunkwe tibdil jew avviż ieħor relatat mas-servizz.
Aktar informazzjoni se tingħata hekk kif tkun disponibbli.
Facebook / Gozo Channel Operations Limited