Wara l-kundizzjonijiet tat-temp ħażin li laqtu lil Malta u Għawdex ilbieraħ, li wasslu għas-sospensjoni temporanja tas-servizz tal-vapur t’Għawdex, Gozo Channel Operations Limited ħabbret li s-servizz issa reġa’ beda jopera b’mod normali.
Il-kumpanija kkonfermat li hekk kif it-temp tjieb u l-kundizzjonijiet tal-baħar saru siguri, il-vjaġġi bejn iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr reġgħu bdew skont l-iskeda normali.
Il-pubbliku hu mħeġġeġ jibqa’ jsegwi l-paġni uffiċjali ta’ Gozo Channel għal aktar aġġornamenti f’każ ta’ bidliet skont il-kundizzjonijiet tat-temp.
Facebook / Gozo Channel Operations Limited