Ir-raħal tas-Siġġiewi tilef ieħor minn uliedu, lill-maħbub Wistin!
Dawk li kienu jafuh jiddeskrivuh bħala raġel b’qalbu tajba li dejjem kien lest biex jgħin lil kulħadd. Wistin kellu għal qalbu ħafna l-festa. Infatti għalkemm kien ikun muġugħ b’dahru, xorta waħda kien jagħmel sigħat twal jaħdem fil-garaxx tiegħu jew fil-post tan-nar irembel il-kartun għall-murtali.
Is-Siġġiwin se jibqgħu jiftakruh għall-umiltà unika li kellu, għall-imħabba li ta u għall-karattru ġenwin tiegħu.
Gwida.mt tagħti l-kondoljanzi lill-familja ta’ Wistin u lill-ħbieb tiegħu f’dan iż-żmien diffiċli!
Ritratt: Malta, News, Photos and People