Is-Sindku Ta’ Ħal-Lija Jsellem Il-Memorja Ta’ Sonny Gatt

Anthony Dalli, is-sindku ta’ Ħal-Lija illum kiteb kelmtejn fuq il-midja soċjali tiegħu biex isellem il-memorja ta’ Sonny Gatt, artist u skultur ta’ talent kbir u maħbub immens li sfortunatament kellu jħallina dan il-lejl.

Dalli kiteb, “Minn dan il-post nixtieq insellem il-memorja ta’ Sonny Gatt, tifel mir-raħal li għamel xogħol volontarju u siewi, b’risq il-lokalita’ tagħna. Strieħ fis-sliem ħabib ta’ vera u sinċier.”

Il-kunsill lokali tan-naxxar kiteb li Sonny ħalla legat fin-Naxxar permezz ta’ monument artistiku li ħalla fir-roundabout tat-telgħa t’Alla u Ommu.

Kondoljanzi lill-qraba u l-ħbieb ta’ Sonny Gatt. Inżommuhom fit-talb tagħna f’dan iż-żmien tant diffiċli. Jistrieħ fis-sliem.







Facebook / Anthony Dalli, Sonny Gatt, In-Naxxar Local Council

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI