Is-Sindku Ta' San Ġwann Iħabbar Li Ġew Installati Aktar CCTV – Għaliex Qed Isir Dan?

Hemm bżonn li jinqatgħu l-abbużi u s-sindku ta’ San Ġwann, Trevor Fenech, qed jara li fil-lokalità ta’ San Ġwann dawn l-abbużi jinqatgħu tassew. Dalgħodu, is-sindku ħabbar l-installazjoni ta’ aktar CCTV f’dan il-lokal.

Hu qal, “Fl-isforzi kontinwi tagħna biex nagħmlu lil San Gwann lokalità aktar nadifa u sabiħa, ġew installati aktar cctv f’diversi postijiet. Dawn il-kameras se jkunu qed jimmultaw lil dawk in-nies li qed jippersistu li jarmu illegalment u jħammġu l-lokalità tagħna. Nittamaw li kulħadd jimxi mal-iskeda tal-ġbir taż-żibel.”

Nittamaw li aktar lokalitajiet jimxu fuq il-passi ta’ San Ġwann sabiex ikollna pajjiż aktar nadif u jinqatgħu wkoll l-abbużi minn diversi nies. Prosit tassew!





Facebook / Trevor Fenech Sindku -San Ġwann



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI