Is-Sinjura Miriam Vella Tinsab Grata Lejn L-Għalliema U L-Ġenituri Kollha Bis-Sehem Prezzjuż Tagħhom Waqt Il-Pandemija

L-E.T. Il-President Dr. George Vella tefa’ fuq il-midja soċjali ritratti meħudin waqt avveniment li ħadet sehem fih is-Sinjura tiegħu Miriam Vella.

Is-Sinjura Vella wriet gratiduni u apprezzament lejn is-sehem prezzjuż li l-għalliema u l-ġenituri kellhom f’ħajjet uliedhom waqt iż-żmien diffiċli tal-Covid-19. 

 Hija sellmet u rringrazzjat lill-għalliema kollha kif ukoll lill-ġenituri li matul il-pandemija tal-Covid-19 għamlu mill-aħjar li setgħu biex jgħinu lit-tfal ikomplu jitgħallmu.”





Apparti minn dan kollu s-Sinjura Vella ssemmi fost l-oħrajn l-importanza tal-arti f’ħajjitna. “Esprimiet sodisfazzjon għall-inizjattivi li ttieħdu minn Heritage Malta biex anke waqt il-pandemija, jinżamm interess fil-kultura u l-arti lokali”. 

Huwa ta’ unur għall-ġenituri kollha u l-għalliema li xogħolhom jiġi mfaħħar u apprezzat. Aħna ninagħqdu mas-Sinjura Vella biex nagħtu ġieħ lil dawn il-persuni li mingħajrhom l-esperjenza tat-tfal waqt din il-pandemija setgħet tkun aktar diffiċli.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI