“Is-Skiet Tal-Lejl Huwa L-Agħar. Meta Kulħadd Jorqod U Jien Nibqa’ Nħares Lejn Is-Saqaf” – Bjorn Formosa

Bjorn Formosa

Messaġġ emozzjonali li qasam Bjorn Formosa, hekk kif irrifletta fuq mumenti diffiċli li jgħaddi minnhom, b’mod partikolari fil-ħin ta’ matul il-lejl.

Fil-kitba tiegħu, Bjorn spjega kif is-skiet tal-lejl huwa fost l-aktar mumenti diffiċli għalih. Huwa qal, “Is-skiet tal-lejl huwa l-agħar. Meta kulħadd jorqod u jien nibqa’ nħares lejn is-saqaf, ma nistax niċċaqlaq, ma nistax ngħajjat.”



F’dawk il-mumenti ta’ silenzju profond, il-bniedem jitgħallem jitlob. Jesprimi wkoll gratitudni lejn dawk li jibqgħu qrib tiegħu f’dawn il-mumenti. Huwa rringrazzja lil dawk il-ftit ħbieb li jkunu dejjem miegħu u lil Maria, li dejjem sabha ta’ spalla fis-sigħat diffiċli.



Il-messaġġ tiegħu kien wieħed ta’ riflessjoni u gratitudni, li għal darb’oħra juri r-realtà ta’ sfidi kbar li jiffaċċja kuljum.



Ritratti:

Facebook/ Bjorn Formosa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI