Is-Soċjetà Filarmonika Santa Venera sellmet u rringrazzjat pubblikament lil Tyrone Grech, li temm il-mandat tiegħu bħala Direttur tal-Avvenimenti tal-Kummissjoni Żgħażagħ Palmisti tas-soċjetà.
Permezz ta’ messaġġ li qasmet fuq il-midja soċjali, is-soċjetà esprimiet l-apprezzament tagħha għas-snin ta’ ħidma li Grech iddedika b’impenn, riskju u ħafna ħeġġa, b’kontribut li ħalla impatt pożittiv fuq diversi attivitajiet u inizjattivi organizzati matul iż-żmien.
Is-soċjetà rrimarkat ukoll li x-xogħol tiegħu kien wieħed importanti biex jissaħħaħ l-ispirtu fost iż-żgħażagħ Palmisti u biex titkompla l-ħidma kulturali u soċjali li tiddistingwi lis-Soċjetà Filarmonika Santa Venera fil-komunità.
Fl-aħħar nett, wasslet ringrazzjament sinċier lil Tyrone Grech għas-sehem u d-dedikazzjoni tiegħu, filwaqt li awguratlu l-isbaħ xewqat għall-futur.
Facebook/ Socjeta’ Filarmonika Santa Venera V.M