“Is-Suġġeriment Tiegħi Hu Li Nsuqu Aktar Bil-Galbu…” – Madeleine Baldacchino Ssalva Ħajja Mill-Periklu

Il-mudella u waħda mill-kontestanti ta’ Liqourish 2020, Madeleine Baldacchino, kellha tkun hi biex salvat il-ħajja ta’ kreatura li kienet f’nofs ta’ triq fil-periklu.

Waqt li kienet għaddejja bil-vettura tagħha lemħet kamaleonte għaddej mit-triq, waqfet u niżlet biex tara li jaqsam mingħajr periklu. “Mument ħelu! Salvajt kamaleonte li kien f’nofs ta’ triq. Dawn l-annimali sbieħ huma wieħed mill-amministraturi naturali tagħna stess għall-kontroll tal-pesti, billi jieklu ħafna insetti li ħafna drabi huma meqjusa bħala “pesti” bħad-dubbien, u anke wirdien.” 





Madeleine tieħu l-opportunità biex tħeġġeġ lis-sewwieqa kollha jsuqu bil-galbu speċjalment f’toroq imdawrin bl-għelieqi ħalli l-ebda kreatura jew annimal ma jispiċċaw maqtulin. “Is-suġġeriment tiegħi hu li nsuqu aktar bil-galbu meta ngħaddu minn żoni agrikulturali biex nevitaw li ntajru xi annimal sabiħ u mportanti”.

Tispiċċa billi tikteb li l-kamaleonte kien miġbur b’ġentilezza u b’attenzjoni f’post sigur. Tappella biex kreaturi bħal dawn ma jiġux merfugħin fl-idejn sakemm ma jkunx vera bżonn minħabba li dan faċilment jikkawżalhom stress. 

Prosit tal-ġest tajjeb li għamilt Madeleine u tal-messaġġ siewi li qsamt! 

Facebook/ Madeleine Baldacchino



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI