Isimgħu Milli Qed Jgħidulna – Dalgħodu Ġie Nieqes Raġel Ieħor Li Kien Pożittiv Bil-Covid-19!

Il-Ministeru għas-Saħħa dalgħodu informa lill-midja li anzjan ta’ 67 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. L-informazzjon li għandu l-Ministeru jidher li l-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-2 ta’ Ottubru, u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-11 ta’ Ottubru. Huwa miet l-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru qal li l-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri. Il-Ministeru għas-Saħħa, għadda l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

Din hi it-43 mewta relata mal-Covid-19 f’pajjiżna. Din il-pandemija daħlet f’pajjiżna lura f’Marzu u bħalissa għandna ‘l fuq minn 700 każ attiv.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI