Is-Salib tad-Dejma, li jinsab ġewwa Ħal Qormi ġie vvandalizzat u spiċċa mfarrak f’biċċiet. Dan il-Monument kien ser jiġi rrestawrat dalwaqt.
Il-Ministru għall-Kultura, Dr. Josè Herrera wera d-diżappunt tiegħu lejn dan l-att vandalu u qal li ser jara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex isir ħaqq mas-Salib tad-Dejma. “Mhux aċċettabbli li l-patrimonju tagħna jiġi mfarrak u vvandalizzat. Meta ser nitgħallmu naprezzaw dak li jagħmilna min aħna?!”
Nuru solidarjeta mal-Qriema kollha.