Isiru Kważi Elf Test Iżda Ma Jiġi Rrappurtat Ebda Każ Ġdid!

Tul l-aħħar 24 siegħa saru 959 test li minnhom ma ġie rrappurtat ebda każ pożittiv. Dan ifisser li l-każijiet attivi ġewwa Malta jibqgħu dawk ta’ erbgħa. S’issa saru 114,779 test. It-total ta’ każijiet f’pajjiżna laħaq 677. Minnhom kellna 664 li rkupraw, 9 każijiet li sfortunatament mietu u 4 każijiet attivi.





Nittamaw li l-erba’ każijiet attivi li għandna jkomplu jonqsu fil-jiem li ġejjin u ma jinstabux aktar każijiet pożittivi biex pajjiżna jibqa’ fuq quddiem ta’ din il-ġlieda kontra din il-pandemija. Bi sforz mingħand il-ħafna qed nirbħu!

Facebook / Saħħa



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI