L-attur u komiku lokali Toni Busuttil, maħbub tant mill-Maltin u Għawdxin għal diversi karattri li interpreta u anke ħoloq sellem lill-għażiża oħtu li ġiet nieqsa xahrejn ilu. Toni qasam mas-segwaċi tiegħu ritratt mill-praċett ta’ oħtu.
Hu kiteb, “Għada tagħlaq xahrejn żgħira. Issa erġajt libsa l-abjad tgawdi l-mummy u l-pa ħdejn il-Bambin.” Ħafna kienu dawk li għaddew il-kondoljanzi tagħhom fuq il-post u oħrajn fakkru wkoll xi memorji li qasmu fi tfulithom.
Aħna f’dan iż-żmien diffiċli nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familja kollha. Ninsabu ċerti li oħtu tinsab f’post aħjar mingħajr it-tbatijiet u l-isfidi li din il-ħajja kultant toffri.
Facebook / The Entertainers