"Issa Huwa F'Idejn L-Awtoritajiet Rilevanti Li Jieħdu Azzjoni" – Birdlife Malta

Il-paġna tar-Riserva Naturali tas-Salina ħarġet stqarrija ta’ dak li qalu l-Birdlife dwar il-papri! Huma ktibu, “Fid-dawl ta’ diversi rapporti dwar is-sitwazzjoni tal-papri fis-Salina, BirdLife Malta tixtieq terġa’ ttenni li dawn il-papri ma jiffurmawx parti mir-Riserva Naturali tas-Salina, u li l-art u l-kanal tal-ilma tal-baħar fejn jgħixu mhix immaniġġjata minn BirdLife Malta.”

Huma jkompli jgħidu, “Dawn huma papri domestiċi u m’għandhomx jiġu mfixkla ma’ għasafar selvaġġi, inklużi papri oħra li jemigraw. Barra minn hekk, din l-attività qed ikollha effett negattiv fuq il-bijodiversità taż-żona li hija sit protett #Natura2000.”





Ikompli jisħqu, “Filwaqt li aħna konxji li dawn il-papri tar-razzett, dawn l-aħħar snin ġew ikkurati minn individwu, fl-aħħar ġimgħat innutajna li wħud mill-papri huma morda u qed imutu. Il-management tar-riżerva infurmaw immedjatament l-awtoritajiet rilevanti u n-nies intbagħtu fuq il-post biex iwettqu testijiet. M’aħniex konxji mill-konklużjonijiet ta ’dawn it-testijiet u ilna nappellaw lid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali biex jieħdu azzjoni…”

Huma jkomplu jgħidu”…u jtemmu t-tbatija għal dawn il-papri li huma wkoll f’abitat ħażin, billi jaraw li għasafar bħal dawn għandhom bżonn ilma ħelu biex jgħixu. Issa huwa f’idejn l-awtoritajiet rilevanti biex jieħdu azzjoni f’dan ir-rigward, bl-unika soluzzjoni plawsibbli tkun li dawn il-papri jiġu rilokati kif issuġġerit mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) sentejn ilu meta l-awtorità ordnat li s-sit jintbagħat lura l-istat naturali tagħha.”



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI