“Issa Jien Ngħid Flok Ma Wieħed Imur Wara D-Duluri, Imur Iżur Xi Anzjan Ma Jkunx Qed Jagħmel Opra Ikbar?” – Lorane Higgans Ancilleri

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Lorane Higgans Ancilleri qasmet mas-segwaċi tagħha messaġġ f’jum id-Duluri li ta’ min jifhmu, hekk kif verament huwa r-realta li qed ngħixu.

Hi qalet, “Ħa noħroġ ħsieb li ilu jberren ġo moħħi. Minn mindu ili niġi kważi kuljum ġol-isptar ninnota li hawn xjuħ li qas ħadd ma jiġi mqar jittawlilhom u d-dwejjaq li nħoss narahom hekk huma kbar. Dawn il-persuni għamlu għomorhom jaħdmu l-bicca l-kbira u issa s-sitwazzjoni tagħhom hi dik li hi. Jistħoqqilhom kull rispett u attenzjoni u meta nkellem li xi wieħed minnhom li jkun bħal annimal waħdu għajnejhom jixegħlu bil-ferħ.”

Żiedet tgħid, “Issa jien ngħid flok ma wieħed imur wara d-Duluri, imur iżur xi anzjan ma jkunx qed jagħmel opra ikbar? Ma rridx niġġeneralizza u niġġudika imma jekk int issegwi reliġjon biex timxi mat-tradizzjonijiet u r-ritwali biss m’int qed tagħmel xejn u fejn tkun se tibqa’ fil-mixja ta’ ħajtek.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI