Issa La Fraħna Bix-Xita, Minn Għada Nifirħu Bit-Tidlik U L-Umdità!

Hekk kif illum raxxet ix-xita u f’xi nħawi, niżlet sew mhux ħażin, issa jmiss li nistennew ftit tidlik kif jaf joffri s-sajf Malti. Fil-fatt hija normali li wara xi ħalba xita sajfija, ikollna aktar sħana.

Iżda fuq il-paġna The Malta Weather, intqal li x-xahar id-dieħel u possibbilment anke f’Settembru li ġej, it-temperaturi mhux se jgħakksuna daqshekk fejn anke mistenni li jkollna r-riħ.

Dan minħabba arja friska aktar ‘il fuq fl-atmosfera li se tkompli tippersisti fuq il-Mediterran.





M’hemmx x’tagħmel! Kollox irid ikun jgħidu. Ingawdu s-sajf Malti u dak li jtina t-temp!

Ritratt: Facebook/ The Malta Weather/ Svetlana Saliba



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI