Ċerti mumenti lkoll nippruvaw inkunu pożittivi iżda ċ-ċirkostanzi jaffettwawna b’mod negattiv. Minn qabel Big Brother Malta, lil Claire minn Claire’s Curves konna nafuha bħala persuna li xxandar il-pożittività u pariri ta’ kuraġġ.
Illum il-ġurnata Claire hekk għadha, anke jekk f’xi mumenti dal-aħħar ħasset xi diżappunti.
“Jiena bniedma u kont għadni daqsxejn irrabjata u dispjaċuta dwar dak li rajt u esperjenzajt. Imma issa li kollox jinsab fil-passat u mxejt ‘il quddiem, nista’ napprezza t-tajjeb ukoll u nerġa’ nkun jiena nnifsi, inqatta’ ħin mal-familja tiegħi u niltaqa’ ma’ sħabi (antiki u ġodda).”
Prosit Claire!