Vanessa, ftit tal-ħin ilu għadha kif tellgħat messaġġ mill-isbaħ fil-jum li sellmet il-memorja tal-għażiża bintha. Hi kitbet, “Grazzi lil kull min kien magħna waqt iċ-ċelebrazzjoni għall-anġlu tagħna Emily u grazzi lil kull min kien ta’ għajnuna biex stajna nagħmlu ċelebrazzjoni sabiħa kif jixirqilha.”
Vanessa tkompli tistqarr, “Nimmissjak wisq pupa tiegħi u ġo qalbi dejjem għandek post speċjali. Issa m’għadnix nibża’ mill-mewt qalbi għax naf li hemm inti tistennieni. Anzi bis-saħħa tiegħek nagħmel ħilti kollha biex ngħix ħajja tajba ħalli l-Mulej jerfagħli post ħdejk żgur. Inħobbok għal dejjem.”
Kuraġġ Vanessa, nafu li għandek anġlu jħarsek u jqawwilek qalbek!
Facebook / Vanessa Gatt