Dalgħodu fil-Knisja ta’ San Sebastjan f’Ħal Qormi, bosta ħbieb u qraba nġabru sabiex flimkien jagħtu l-aħħar tislima lill-mibki Sandro Grech; missier ta’ żewġt itfal li proprju ftit jiem ilu sfortunatament tilef il-ġlieda tiegħu kontra l-lukimja.
Xi sigħat wara li Sandro ngħata l-aħħar tislima, martu Abigail esprimiet fuq il-midja soċjali gratitudni liema bħalha lejn dawk kollha li kienu preżenti.
Fissret b’mod partikolari l-apprezzament tagħha lejn il-Korp tal-Pulizija li ħadu ħsieb jagħtu tislima xierqa lill-kollega tagħhom u matul ħajtu dejjem urewh rispett u mħabba.
Fi tmiem il-messaġġ tagħha, Abigail tkellmet dwar kemm dan hu żmien diffiċli għaliha u għall-bqija tal-familja. Spjegat b’diqa kif issa se jkollhom jgħixu bl-uġigħ f’qalbhom li Sandro huwa nieqes u m’għadux iżjed fosthom. Fissret kif qed isibu biss il-wens fil-fatt li Sandro issa qed jistrieħ fil-paċi.
Kuraġġ lill-familjari f’dan iż-żmien diffiċli!
Facebook / Sigurtà u YouTube / Il-KAŻIN