Issa Tista’ Terġa’ Ġġedded Il-Liċenzja Tas-Sewqan Onlajn! Ara Kif

Wara attakk ċibernetiku ta’ ġimagħtejn, is-servizzi onlajn ta’ Transport Malta reġgħu daħlu fl-azzjoni li jfisser li issa l-liċenzji tas-sewqan jistgħu jiġġeddu onlajn.

“Transport Malta tixtieq tinforma lill-klijenti tagħha li s-sistemi kompjuterizzati kollha relatati mal-liċenzji tal-vetturi u s-sewqan issa reġgħu lura għan-normal,” kitbu huma fuq Facebook. “Minn dalgħodu, l-Awtorità se tiftaħ ukoll l-uffiċċju tagħha għal-Liċenzji tal-Vetturi u s-Sewqan (DVLU) f’Pantar Road Ħal Lija.”





Tixtieq aktar tagħrif fuq kif tista’ ġġedded il-liċenzja tiegħek? Agħfas HAWNHEKK.

L-attakk seħħ matul il-lejl bejn il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru u s-Sibt 26 ta’ Settembru. Ittieħdet “azzjoni immedjata” iżda “problemi tekniċi ppersistew.” Issa, kollox jidher li ġie lura f’postu.

Facebook/Transport Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI