Spiss ingergru li m’hawnx riżorsi biżżejjed bil-Malti. Imma dan se jibqa’ minnu?
Issa l-Maltin jistgħu jibdew jużaw iċ-chatbot popolari tal-AI ChatGPT bil-Malti, wara li saru avvanzi ġodda fih fejn tidħol il-lingwa.
Times of Malta pruvaw iċ-chatbot u skoprew li jista’ jidħol f’diskussjonijiet u twieġeb b’mod preċiż u informattiv dwar diversi suġġetti, inkluża s-sitwazzjoni politika ta’ Malta fil-fond.
Barra minn hekk, din il-verżjoni ta’ ChatGPT tifhem u kapaċi tikkoreġi prompts bil-Malti miktubin ħażin, u toffri għajnuna għat-titjib fil-kitba; xi ħaġa li ħafna jistgħu jagħmlu użu tajjeb minnha!
X’taħsbu dwar dan?