“Issa Wasal Iż-Żmien Tal-Infurzar Fuq Iż-Żibel Li Qed Jintrema Bl-Addoċċ F’Ħal Qormi” – Josef Masini Vento

Jidher li f’Ħal Qormi, eżattament fejn hemm il-wied, qed jintrema ħafna żibel bl-addoċċ.

Josef Masini Vento tefa’ filmat fuq il-profil tiegħu fejn juri ammont kbir ta’ skart li ġie mitfugħ ġol-wied ta’ Ħal Qormi. Hu qal li għalkemm dejjem qed inadfu dan il-post, xorta waħda hemm xi nies li qed jibqgħu jħamġu dan il-post. Saħansitra nstabu mormija xi dokumenti uffiċjali bħall-passaport skadut, statements tal-bank u ittri mibgħuta minn skola.





Din hija ħaġa li trid tiġi wkoll minn nies u mhux mill-ħaddiema li jżommu t-toroq tagħna nodfa. Hemm bżonn ta’ aktar responsabbiltà.

Facebook / Josef Masini Vento



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI