"Issa Wasal Iż-Żmien Li Nagħti Aktar Ħin Għalija U Għall-Familja" – Il-Membru Parlamentari Silvio Parnis

Ilbieraħ ġie mħabbar li reshuffle fil-Parlament Malti minn naħa tal-Gvern u wara li ġie l-membru parlamentari Silvio Parnis mhux ħa jkollu portafoll hu ħabbar fuq il-mezzi soċjali tiegħu li wasa iż-żmien li jagħti aktar ħin lilu nnifsu u lil familtu.

Kull min jidħol għal dan l-irwol ta’ reponsabbilità jaf li jirrekjedi ħinijiet twal u ħafna ħidma li mhux l-ewwel darba li żżommok ‘il bogħod minn dawk qrib tiegħek, meta jasal iż-żmien li forsi l-ħidma tonqos xi ftit hu l-mument opportun biex tgawdi lil dawk ta’ madwarek ftit aktar.

Silvio kiteb, “Ħbieb 23 sena ilu tlajt fil-parlament għall-ewwel darba u minn dakinhar dejjem ġibt voti kbar. Dan seħħ għaliex dejjem kont viċin in-nies u n-nies ħabbejthom u tajthom ħini u qalbi. Dħalt fil-politika nadif u dejjem bqajt nadif. Issa wasal iż-żmien li nagħti aktar ħin għalija u għall-familja.”

Hu għalaq billi qal, “Grazzi mill-qalb lil dawk kollha li ħadmu miegħi tul il-mixja politika, fejn bnejt familja kbira ta’ ħbieb ta’ veru. B’fidi dejjem emmint li Alla jkun miegħi f’kull pass.”





Facebook / Silvio Parnis



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI