Il-preżentatur Ivan Gaffiero sab ruħu f’sitwazzjoni fejn jiddeċiedi x’jiddeċiedi mhux ser tkun faċli!
Mid-dehra hu qed jipprova joqgħod aktar lura minn ikliet b’kapriċċ iżda hemm min mhux qed jagħmilhielu daqshekk faċli. “Imma kif tridni nibda d-dieta…
tiġi binti Tiziana ġġibli l-pasti…” kiteb fuq Facebook. Ilkoll nafu li din għamlitha għax tħobbu, però spiċċat ħolqitlu dilemma jekk għandux jikolhom jew le.
“Issa x’ser nagħmel? Mhux sew ma nikolhomx hux… għax dnub”. Ma qalx ħażin għax il-ħela mhi tajba għal ħadd, mhux hekk? Tgħid x’iddeċieda?!
Aħħ kemm jidhru tajbin…