It-Tabiba Taqsam Stampa Li Turi Għala D-Distanza Soċjali Hija Importanti Ferm

Dr Georgiana li ta’ spiss għaddietilna pariri siewja permezz tal-blogg tagħha, Be Holistically Healthy, għal darb’oħra qasmet stampa li turi l-importanza tad-distanza soċjali. Ftit tal-ġranet ilu rajna għaliex hu importanti li tintlibes il-maskra, u hawn ħa taraw għaliex huma importanti li wieħed iżomm id-distanza soċjali.





Hawn għandna stampa ċara ta’ kemm hu importanti li wieħed iżomm id-distanza soċjali għax b’hekk jekk ikun hemm xi ħadd infettat, il-virus ikollu inqas ċans li jinfirex. Iktar ma’ wieħed ikun viċin tal-persuna, ovvjament iktar hemm ċans li l-mikrobi jiġu trasmessi. B’mod viżiv wieħed jista’ jara għaliex l-awtoritajiet tas-saħħa għadhom jisħqu fuq id-distanza soċjali kemm jista’ jkun possibbli.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI