Jaf ikun hawn min jaħseb li bħalisa ninsabu f’sitwazzjoni tat-temp abnormali jew mhux komuni meta dan mhux il-każ. Il-paġna tal-Facebook Aġġornament tat-Temp tkellmu dwar dan.
“It-temp ta’ tmiem il-ġimgħa ma narahx temp li ser iħalli xi impatt għax sempliċiment qiegħed narah bħala temp normali tax-xitwa,” huma qalu. “Fejn ir-riħ mill-majjistral jista’ jmiss forza 8 l-aktar.”
“Ta’ ftit tħassib huwa nhar l-Erbgħa li ġej fejn reġa’ għandi immarkat riħ qawwi ħafna mix-xlokk! Bħalissa nkunu qegħdin nanalizzaw fil-profond dan il-jum.”
Illum se jkun imsaħħab b’ħalbiet tax-xita mal-jum, filwaqt li għada se jkun imsaħħab mal-jum b’xi ħalbiet tax-xita mal-lejl.
Facebook / Aġġornament tat-Temp