It-Temperatura F'Malta Bħalissa Tinħass Daqs 50°C – Sa Tibqa' Hekk S'Għada!

Hekk kif l-istaġun sajfi qed joqrob lejn tmiemu, proprju bħalissa t-temperatura f’Malta qed tinħass daqs 50°C, skont rapporti maħruġin mill-paġna Malta Weather.

“Is-sħana tinħass ferm estrema,” saħqu huma fi stqarrija li ħarġu fuq il-mezzi soċjali fejn żiedu jgħidu li wieħed jista’ jgħid li pajjiżna qisu l-Arabja Sawdija bħalissa – pajjiż magħruf sew għas-sħana estrimament qawwija li jaffaċja regolarment.

Skont l-istess paġna, din is-sħana mistennija tippersisti “sa mill-inqas għada”.





Dan fl-isfond ta’ bosta rapporti li dal-weekend, hekk kif sa nkunu qed niċċelebraw Jum il-Vitorja, sa jkollna xi maltemp qawwi.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI