Il-paġna It-Temp Madwarna kkonfermat li lbieraħ kienet proprju l-iktar ġurnata kiesħa li ġiet irreġistrata din ix-xitwa. Huma rrapportaw li l-ogħla temperatura kienet għall-ħabta tas-14:00 li kienet 9.9°C.
L-umdità kienet relativament baxxa bejn 40% u 55%, dan ġara minħabba riħ xott mit-Tramuntana. Huma jgħidu, “Dan ifisser li l-ogħla temperatura llum kienet madwar 5°C anqas mill-medja għal dan il-perjodu tas-sena,” filwaqt li lbieraħ bil-lejl kienet madwar 5°C.
Infatti it-temperatura tbaxxiet tant li kienet tinħass qrib iż-żero f’xi waqtiet matul il-ġurnata. L-inqas temperatura rreġistrata mill-uffiċċju Meteorologiku kienet ta’ 4.2 gradi celsius ġewwa Ħad Dingli, li meta tikkunsidra r-riħ kien forza sitta, it-temperatura kienet tinħass grad taħt iż-żero.