Fi tmiem il-ġimgħa li ġejja, it-temp mistennija jieħu xejra aktar kiesħa mis-soltu, fejn il-Ħadd li ġej mistenni jkun wieħed mill-aktar jiem kesħin ta’ dan l-istaġun. Skont it-tbassir, it-temperatura hemm ċans li tinħass għal grad taħt iż-żero, speċjalment fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu u matul il-lejl.
Dan it-tnaqqis fit-temperatura huwa marbut ma’ riħ kiesaħ li se jkompli jsaħħaħ is-sensazzjoni tal-bard, anke jekk it-termometru ma juri l-ebda temperaturi estremament baxxi. Infatti t-temperatura skont Apple Weather mistennija tkun ta’ 5 gradi! Għalhekk, wieħed hu mħeġġeġ jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa, partikolarment dawk vulnerabbli bħall-anzjani u t-tfal.
Hu rakkomandat li wieħed jilbes ħwejjeġ sħan, jevita esponiment fit-tul għall-kesħa, u jieħu ħsieb ukoll lill-annimali domestiċi. Is-sewwieqa għandhom joqogħdu attenti, speċjalment f’żoni esposti għar-riħ, fejn il-kundizzjonijiet jistgħu jinħassu aktar ħorox mis-soltu.