Għalkemm it-termometri qed juru temperatura ta’ 14°C, ħafna nies qed iħossu li t-temp hu ferm iktar kiesaħ. Infatti minħabba r-riħ it-temperatura qed tinħass madwar 1°C. Dan ifisser li hemm 13-il grad differenza bejn it-temperatura reali u dik li fil-fatt qed tinħass mill-ġisem.
Din is-sensazzjoni, magħrufa bħala real feel, tiddependi fuq diversi fatturi bħar-riħ qawwi, l-umdità fl-arja u n-nuqqas ta’ xemx. Riħ frisk jista’ jneħħi s-sħana mill-ġisem b’mod aktar rapidu, u jagħmel it-temperatura tinħass ħafna iktar baxxa minn dik reali.
Dan minħabba t-temp estrem, il-kundizzjonijiet attwali qed jagħmluha essenzjali li n-nies jilbsu b’mod adegwat, speċjalment filgħodu kmieni u filgħaxija. Il-parir hu li wieħed ma joqgħodx biss fuq in-numru li jara fit-termometru, iżda jqis ukoll kif it-temp qed jinħass fil-prattika.