Wara l-każ ta’ vjolenza bejn żewġ studenti fi skola, l-personalità lokali Adam Sullivan semma kif matul dawn l-aħħar 50 sena nbidel kollox f’pajjiżna minbarra s-sistema tal-edukazzjoni u għalhekk saħaq li hemm bżonn ta’ bidliet kbar.
“Ma jistax ikun li t-tfal jibqgħu jqattgħu sigħat twal bilqiegħda wara bank,” kompla jsostni Adam li fisser kif minħabba f’hekk it-tfal qed isibu rwieħhom f’sitwazzjoni fejn qed ikollhom ħafna enerġija fihom iżda ma jkunux jafu x’se jagħmlu biha.
“Qisek għandek kelb mimli enerġija maqful id-dar u allura tista’ taħseb kif se jaġixxi la toħorġu mid-dar,” spjega Adam.
Rigward is-soluzzjoni proposta minn ħafna li jibda jsir iċċekjar permezz tal-metal detectors, Sullivan saħaq li din l-alternattiva se tagħmel lill-ġenituri jħossuhom siguri iżda m’hijiex se ssolvi l-problema li qed jaffaċjaw it-tfal fid-dinja tal-lum.
@adam_sulli Why School Violence is Rising in Malta
♬ halfway down – distvnt & pandora.
Intom x’taħsbu dwar dan?
TikTok / Adam Sullivan