It-Tħejjijiet Għall-Festa Ta’ Corpus Domini Diġà Bdew Ġewwa R-Rabat – Il-Pirotekniċi Pawlini Iħejju T-Triq Għall-2026!

Hekk kif illum jimmarka eżatt tliet xhur qabel il-festa tant mistennija ta’ Corpus Domini, il-membri tal-Kumpless tan-Nar San Pawl fir-Rabat diġà qed iħejju ruħhom b’ħeġġa kbira għall-edizzjoni tal-2026.

Permezz ta’ messaġġ li ġie mxandar fuq il-midja soċjali, il-pirotekniċi Pawlini spjegaw kif ix-xogħol tagħhom jinsab għaddej b’ritmu tajjeb, biex bħas-soltu jerġgħu joffru spettaklu li jħallu impatt fuq dawk kollha li jattendu. Il-festa ta’ Corpus Domini hija waħda mill-aktar okkażjonijiet importanti fir-Rabat, fejn il-komunità tinġabar biex tiċċelebra b’għaqda, tradizzjoni u devozzjoni. Parti essenzjali minn din il-festa huma proprju l-wirjiet pirotekniċi: xogħol li jitlob dedikazzjoni, ħin u passjoni kbira.



Il-Pirotekniċi Pawlini ilhom snin twal jagħtu sehem importanti f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet u kull sena jkomplu jgħollu l-livell tal-ispettaklu. Il-ħidma li qed issir minn issa turi kemm il-pirotekniċi huma impenjati biex iżommu din it-tradizzjoni ħajja u jkomplu jsaħħu r-reputazzjoni tagħhom.



B’ħafna minna, għajnejna diġà fuq is-sajf, kollox jindika li l-edizzjoni tal-2026 se tkun waħda oħra memorabbli – mimlija kuluri, ewforija u dik l-atmosfera unika li tagħmel il-festi Maltin tant speċjali.



Ritratti:

Facebook/ Kumpless tan-nar San Pawl AD 1990

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI