It-Tielet Ġurnata Konsekuttiva Li Jidher Li Ma Nstab Ebda Każ Tal-Covid-19 F'Pajjiżna

Illum jidher li ħa tkun it-tielet ġurnata konsekuttiva fejn ma nstabu ebda każi tal-Coronavirus. Dan żgur jawgura tajjeb għal pajjiżna għax ifisser li fl-aħħar 72 siegħa ma nstabu ebda każi tal-Covid-19. L-RFactor jidher li niżel għal 0.5, dan ifisser li żewġ persuni pożittivi qed jgħadduha lil persuna waħda.





Jekk nibqgħu ma nsibux aktar każi fil-jiem li ġejjin, l-RFactor mistenni jkompli jonqos ukoll. Dan żgur hu sinjal pożittiv, speċjalment kif fl-aħħar jiem infettħu ħafna mill-postijiet u bdejna ngħixu f’din in-normalità ġdida. Bħalissa n-numru ta’ każijiet attivi huwa dak ta’ 38. Nittamaw li llum dawk il-każijiet ikomplu jonqos. Nistennew il-konferma uffiċjali fuq il-paġna Saħħa li qed iżommna aġġornati bl-aħħar żviluppi tal-Covid*19 f’Malta.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI