"It-Tifel Fil-Klassi Kien Hemm Waħda Pożittiva! Issa Spiċċajna Kollha Kwarantina" – Omm Inkwetata

Omm li xtaqet tibqa’ anonima bagħtitilna messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook tagħna. L-Omm għandha t-tifel jattendi primarja, fil-klassi kien hemm tifla li nstabet pożittiva. L-Omm qalulha li peress li t-tifel kien ħdejn din it-tifla għandha toqgħod fi kwarantina. Mhux it-tifel biss iżda dawk li fid-dar miegħu. 

Din hi miżura sabiex jitnaqssu il-każijiet ta’ Covid-19, mhux biss l-ewwel kuntatt għandu joqgħod f’kwarantina iżda anke t-tieni kuntatt ukoll. Din il-mara mhux unika u bħala hawn id-dinja kollha li qiegħdin niġġieldu kontra dan il-virus. L-istorja ta’ din il-mara tapplika wkoll għal dawk il-ħaddiema fuq ix-xogħol. 

Jekk int ħaddiem u kien hemm xi ħadd pożittiv ħdejk, allura int trid toqgħod kwarantina u anke l-familja li għamlu kuntatt miegħek. Dan filwaqt li hu essenzjali li tagħmlu t-test tal-Covid-19. B’dawn il-miżuri ser intejbu s-sitwazzjoni li għandna f’pajjiżna! Nistaportu ftit ħalli nirbħu din il-battalja wkoll!

Pixabay







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI