It-Tifel Li Ġie Allegatament Aggredit Minn Missieru M’Għadux F’Kundizzjoni Kritika

Kien ġie rrappurtat li tifel ġie aggredit minn missieru. It-tifla tal-missier ta’ għaxar snin ħarbet tiġri u marret tirrapporta l-għassa ta’ San Ġiljan.

It-tifel m’għadux f’kundizzjoni kritika, skont kif ġie infurmat mis-sit Times of Malta. Inħareġ mill-kura intensiva, u issa jinsab rikoverat l-isptar.

It-tifel ta’ 12-il sena allegatament ġie aggredit minn missieru aktar kmieni dan ix-xahar u kien f’kundizzjoni kritika għal xi żmien.

Il-missier qed jiġi akkużat li pprova joqtol liż-żewġt itfal tiegħu: lit-tifel u lil oħtu ta’ 10 snin, li ħarbet mill-attakk u fittxet l-għajnuna.

Nittamaw li t-tifel ikompli jirkupra ma jdumx.







Ritratti:

Google Maps

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI