It-Tifel Ta' Sitt Snin Li Għex It-Traġedja Tal-Cable Car Fl-Italja Ġie Maħtuf U Allegatament Ittieħed F'Pajjiż Ieħor!

Eitan Biran, ta’ sitt snin, kien l-unika persuna li salva meta waqgħet il-cable car fl-Italja. Iz-zija tiegħu Aya Biran-Nirko qed tallega li Shmuel Peleg li jiġi n-nannu tat-tifel ħa t-tifel l-Iżrael; iz-zija l-oħra tiegħu kienet bdiet proċeduri legali biex tadottah ix-xahar li għadda.

Il-gwardjan legali attwali ta’ Eitan Biran, Aya Biran-Nirko, oħt missier it-tifel, Amit Biran, ressqet l-ilment mal-pulizija Taljana fejn sostniet li nħataf min-nannu matern tiegħu. Eitan ħalla d-dar tiegħu f’Fabia, fit-Tramuntana tal-Italja, ma’ Peleg is-Sibt filgħodu iżda ma rritornax kmieni filgħaxija kif kien miftiehem, skont ir-rapport li sar.

Biran-Nirko ripetutament ippruvat tagħmel kuntatt ma’ Peleg sakemm irċeviet messaġġ mingħandu jgħid, “Eitan irritorna d-dar,” qal ir-rapport. Biran-Nirko allegatament irċeviet messaġġ mill-avukat tal-Pelegs li jikkonferma li Eitan wasal l-Iżrael.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI