It-Tilqim Kontra L-Covid-19 Naqqas It-Tendenza Li Wieħed Jispiċċa L-Isptar B'84 Fil-Mija

It-tendenzi li wieħed jispiċċa l-isptar bil-Covid-19 tnaqqsu b’madwar 84 fil-mija grazzi għat-tilqima kontra l-Covid-19, dan intwera f’data ġdida. Kif irrappurtat minn Business Insider, ċifri bħal dawn huma l-ewwel li jkejlu r-rati tal-isptar minn tnedija tal-vaċċin.

Kemm il-vaċċini Pfizer kif ukoll AstraZeneca – it-tnejn disponibbli f’Malta – instabu li jnaqqsu sostanzjalment it-tendenza li wieħed jispiċċa f’xi sptar, anke wara tilqima waħda. Id-dejta in kwistjoni ġiet mill-Iskozja li analizzat 5.4 miljun persuna bejn it-8 ta’ Diċembru u l-15 ta’ Frar. Aktar minn 1.1 miljun minn dawn in-nies irċevew wieħed mit-tilqim.

Skont Business Inside, ix-xjentisti sabu li dawk li ħadu l-vaċċin kienu anqas probabbli li jiddaħħlu l-isptar. U b’mod ġenerali, instab tnaqqsu b’84 fil-mija dawk li kellhom bżonn jidħlu l-isptar wara li ħadu l-vaċċin.

S’issa, Malta amministrat 64,419 doża lil diversi membri tas-soċjetà. Bħalissa, il-vaċċini disponibbli fil-gżejjer huma l-vaċċini Pfizer / BioNTech, il-Moderna, u l-vaċċini Oxford / AstraZeneca.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI