It-Tilqima Tal-Pfizer Hi L-Ewwel Tilqima Uffiċjalment Ivverfikata Għall-Użu!

Ġewwa l-Istati Uniti ħarġet l-ewwel approvazzjoni sħiħa kmieni llum għall-vaċċin kontra l-Coronavirus, li jimmarka pass importanti f’din il-pandemija. Il-vaċċin li għandu l-approvazzjoni sħiħa u uffiċjali hu dak tal-Pfizer.

Il-vaċċin b’żewġ dożi żviluppat mill-ġgant farmaċewtiku ta’ New York Pfizer flimkien mal-kumpanija Ġermaniża BioNTech issa huwa l-ewwel u l-uniku vaċċin tal-Covid-19 kompletament approvat fl-Istati Uniti. Dan se jinbigħ taħt l-isem tad-ditta Comirnaty.

Uffiċjali tas-saħħa pubblika, viroloġisti, u esperti legali jantiċipaw li approvazzjoni sħiħa tista’ tgħin biex tipperswadi aktar nies inċerti biex jitlaqqmu, iħeġġu aktar organizzazzjonijiet li jeħtieġu tilqim, u jippermettu lill-iżviluppaturi tal-vaċċini jikkummerċjalizzaw it-tilqima tagħhom lill-pubbliku.

It-tilqim kontra l-Coronavirus żviluppati minn Moderna u Johnson & Johnson għadhom koperti minn awtorizzazzjoni għall-użu ta’ emerġenza, standard regolatorju u aktar flessibbli li l-FDA tuża fi żminijiet ta’ kriżi.

Iżda Moderna qalet li tistenna li tispiċċa l-applikazzjoni tagħha għal approvazzjoni sħiħa mal-FDA f’Awwissu.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI