Division 7 ma’ kull episodju qed nisokpru xi ħaġa ġdida. Fi tmien staġun ta’ Division 7 iltqajna ma’ karattru ġdid, karattru nterpretat minn Jo Christine. Ċertament attriċi bravissima u li tqaxxar kull parti li jkollha. Niftakruha fis-serje ‘Salib it-toroq’ taħdimha ta’ Karmelina u ftit ilu f’ ‘L-Għarusa’ bħala omm Bettina.
F’Division 7 qed tagħmel il-parti ta’ xitan. Irwoll li mhu faċli xejn għaliex jiġi assoċjat ma ċertu biża’. Jo dan il-karattru qed tagħmlu bl-akbar serjeta u mat-tim ta’ Division 7 qed ilha taħdem mhux ħażin. Il-paġna jgħidu, “Għamilna ħafna meetings fejn iddiskutejna kemm bejnietna bħala kru, kif ukoll mal-attrici nnifisha”. Biex il-karattru jkun reali, ltaqgħu mal-eżorċista Patri Elia sabiex jgħin lit-tim tal-produzzjoni jwasslu l-messaġġ kif xtaqu huma.
Division 7 jgħidlu li, “Fl-aħħar mill-aħħar dan isir biex inwasslu messaġġ – biex nippruvaw ngħallmu lin-nies, b’mod speċjali liż-żgħażagħ li jkunu għadom fi stat ta’ esperimentazzjoni b’ħajjitom biex ma’ jmissux ma’ ħażen bħal droga, serq, okkult u mitt elf ħaġa oħra kera li l-ħajja tista’ tlaqqana magħhom”.
Division 7 jirritorna nhar l-Erbgħa b’episodju ieħor interessanti!