Ilbieraħ it-tim ta’ Klassi Għalina kitbu messaġġ biex jawguraw lill-attur lokali Mark Cassar DeGiorgio. Żgur li tiftakruh hekk kif deher f’diversi xeni fil-klassi popolari ta’ din is-sensiela.
“Illum Niċċelebraw għeluq snin Mark Cassar DeGiorgio (magħruf ukoll bħala William tal-Hugs), karattru simpatiku. Awguri Mark… Nista’ ntik Hug!” – it-tim kiteb dal-messaġġ waqt li qasam ritratt memorabbli ta’ Mark waqt Klassi Għalina VS Dragula.
Lil Mark rajnieh fi produzzjonijiet oħra fil-passat fejn fost l-oħrajn ħadem bħala spettur waqt is-sensiela popolari, Intriċċi.
Awguri mill-qalb Mark! Nittamaw li kellek ġurnata mill-isbaħ!
Facebook/ Mark Cassar DeGiorgio