Fuq il-paġna ta’ Facebokk tal-Forzi Armati ta’ Malta ġie mħabbar li ġew sploduti bombi tat-Tieni Gwerra Dinjija li kienu nstabu f’Birżebbuġa u r-Rabat.
“Matul l-aħħar 24 siegħa, it-Tim tat-Tneħħija ta’ Munizzi Splussivi (EOD) tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM), it-3 Reġiment, wieġeb għal żewġ rapporti li jinvolvu suspettati munizzi storiċi mhux sploduti,” huma kitbu.
Dawn il-bombi ġew sploduti f’żoni siguri aktar tard. Il-Forzi Armati ta’ Malta qed tafgħmel appell għal dawk li jsibu xi ħaġa storika li tista’ tkun ta’ peirklu.
“Tippruvax iċċaqlaq jew timmaniġġja xi oġġett mhux familjari; Huwa aċċettabbli li tieħu ritratti, sakemm l-oġġett ma jiġix imfixkel; Ċempel 112 biex tirrapporta l-oġġett sabiex ikun jista’ jiġi vvalutat mill-awtoritajiet rilevanti; Meta ma tkunx ċert dwar oġġett, ittrattah b’kawtela.”
Facebook / Armed Forces of Malta