Il-koppja Noel u Christopher Vella Galea llum qed jiċċelebraw dak il-jum sabiħ meta saru ta’ xulxin 4 snin ilu. Ovvjament huwa jum li mħabbithom kompliet tissoda.
Apparti dan, Noel u Christopher għandhom avveniment speċjali xi jfakkru llum. Fil-fatt binhom, persuna li ħalla mpatt pożittiv qawwi f’ħajjithom, jagħlaq għeluq sninu llum! “Ġejt f’ħajjitna bħal sajjetta u xejn ma kien l-istess qabel l-ġurnata meta ntqajna fit-18 ta’ Lulju 2018. Bħal-lum kont qed tistenniena bil-ħerqa minn wara t-twieqi”.
Il-koppja jiktbu li jinsabu kburin b’dak kollu li qed jikseb matul ħajtu t-tifel tagħhom kif ukoll għall-fatt li magħhom sab familja mimlija mħabba, rispett u futur mill-isbaħ. “It-tlieta li aħna bkejna u għannaqna lil xulxin bil-ferħ malli ntqajna għall-ewwel darba”. Fil-fatt illum hi ċelebrazzjoni doppja, għeluq snin binhom u l-anniversarju tagħhom! Huma jieħdu ħsieb jawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq it-tmien snin!
Kemm jimlina b’sens ta’ ferħ u emozzjoni messaġġ bħal dan… minn qalbna nawguraw lil din il-familja b’imħabba soda u j’Alla l-futur tagħhon ma jġibilhom xejn ħlief saħħa, kuntentizza u aktar suċċessi! AWGURI!